19.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 343/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ Lulju 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Rumanija
(Kawża C-104/15) (1)
((“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Protezzjoni tal-ambjent - Direttiva 2006/21/KE - Immaniġġar ta’ skart - Estrazzjoni mill-minjieri - Għadajjar ta’ dekantazzjoni - Emissjoni ta’ trab - Partiċelli fini ta’ trab sospiżi fl-arja - Tniġġis - Saħħa tal-persuni - Miżuri obbligatorji ta’ prevenzjoni - Artikoli 4 u 13 - Konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ nuqqas))
(2016/C 343/08)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Nicolae, E. Sanfrutos Cano u D. Loma-Osorio Lerena, aġenti)
Konvenuta): Ir-Rumanija (rappreżentanti: R. H. Radu, E. Gane, A. Buzoianu u R. Haţieganu, aġenti)
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx il-miżuri xierqa sabiex tipprevjeni s-sollevament ta’ trab mis-superfiċi tal-għadira ta’ Boșneag – estenzjoni, ir-Rumanija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4 u l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE.
2)
Ir-Rumanija hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 146, 4.5.2015
Full & Egal Universal Law Academy