12.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 335/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upravno sodišče Republike Slovenije – Is-Slovenja) – Občina Gorje vs Ir-Repubblika tas-Slovenja
(Kawża C-111/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika Agrikola Komuni - Regolament (KE) Nru 1698/2005 - Regolament (KE) Nru 65/2011 - Finanzjament mill-FAEŻR - Għajnuna għall-iżvilupp rurali - Regoli dwar l-eliġibbiltà ta’ operazzjonijiet u ta’ nfiq - Rekwiżit ratione temporis - Esklużjoni kompleta - Tnaqqis tal-għajnuna))
(2016/C 335/17)
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Qorti tar-rinviju
Upravno sodišče Republike Slovenije
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Občina Gorje
Konvenuta: Republika Slovenija
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 71 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, tal-20 ta’ Settembru 2005, dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, skont liema huwa eliġibbli għall-parteċipazzjoni tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali fil-kofinanzjament ta’ operazzjoni ta’ żvilupp rurali magħżula mill-awtorità ta’ ġestjoni tal-programm ta’ żvilupp rurali kkonċernat jew taħt ir-responsabbiltà ta’ din, biss l-infiq sostnut wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ għoti ta’ tali għajnuna.
2)
L-Artikolu 71(3) tar-Regolament Nru 1698/2005, moqri flimkien mal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2011, tas-27 ta’ Jannar 2011, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi ċ-ċaħda fl-intier tagħha tat-talba għal pagament marbuta ma’ operazzjoni magħżula għal kofinanzjament mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, meta ċertu nfiq imwettaq għal din l-operazzjoni jkun ġie sostnut qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ għoti ta’ tali għajnuna, sakemm il-benefiċjarju tal-għajnuna ma jkunx għamel intenzjonalment dikjarazzjoni falza fit-talba tiegħu għal pagament.
(1) ĠU C 245, 27.7.2015.
Full & Egal Universal Law Academy