2.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-17 ta’ Marzu 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret – id-Danimarka) – Kødbranchens Fællesråd, li taġixxi għal Århus Slagtehus A/S, Danish Crown A.m.b.A. Oksekødsdivisionen, Hadsund Kreaturslagteri A/S, Hjalmar Nielsens Eksportslagteri A/S, Kjellerup Eksportslagteri A/S, Mogens Nielsen Kreaturslagteri A/S, Vejle Eksportslagteri A/S vs Ministeriet for Fødevarer, Landbrug og Fiskeri, Fødevarestyrelsen
(Kawża C-112/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Regolament (KE) Nru 882/2004 - Regolament (KE) Nru 854/2004 - Kontrolli uffiċjali tal-għalf u tal-prodotti tal-ikel - Tariffi li jistgħu jiġu imposti mill-Istati Membri biex ikopru l-ispejjeż ikkawżati mill-kontrolli uffiċjali - Spejjeż marbuta ma’ taħriġ ta’ uffiċjali awżiljari))
(2016/C 156/21)
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Østre Landsret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Kødbranchens Fællesråd, li taġixxi għal Århus Slagtehus A/S, Danish Crown A.m.b.A. Oksekødsdivisionen, Hadsund Kreaturslagteri A/S, Hjalmar Nielsens Eksportslagteri A/S, Kjellerup Eksportslagteri A/S, Mogens Nielsen Kreaturslagteri A/S, Vejle Eksportslagteri A/S
Konvenut: Ministeriet for Fødevarer, Landbrug og Fiskeri, Fødevarestyrelsen
Dispożittiv
L-Artikolu 27(4)(a), kif ukoll il-punti 1 u 2 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu l-Istati Membri, meta jistabbilixxu l-ammont ta’ tariffi li jinġabru minn għand l-impriżi fis-settur tal-ikel, milli jinkludu l-ispejjeż relatati mat-taħriġ obbligatorju bażiku tal-awżiljarji uffiċjali.
(1) ĠU C 146, 04.05.2015.
Full & Egal Universal Law Academy