8.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 287/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-31 ta’ Mejju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Köln – il-Ġermanja) – Reha Training Gesellschaft für Sport- und Unfallrehabilitation mbH vs Gesellschaft für musikalische Aufführungs- und mechanische Vervielfältigungsrechte eV (GEMA)
(Kawża C-117/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Direttiva 2001/29/KE - Artikolu 3(1) - Direttiva 2006/115/KE - Artikolu 8(2) - Kunċett ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” - Installazzjoni ta’ settijiet ta’ televiżjoni mill-operatur ta’ ċentru ta’ riabilitazzjoni bil-għan li l-pazjenti jkunu jistgħu jaraw programmi televiżivi))
(2016/C 287/13)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Köln
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Reha Training Gesellschaft für Sport- und Unfallrehabilitation mbH
Konvenuta: Gesellschaft für musikalische Aufführungs- und mechanische Vervielfältigungsrechte eV (GEMA)
Fil-preżenza ta’: Gesellschaft zur Verwertung von Leistungsschutzrechten mbH (GVL)
Dispożittiv
F’kawża bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fil-kuntest tagħha huwa allegat li x-xandir ta’ programmi televiżivi permezz ta’ settijiet ta’ televiżjoni li l-operatur ta’ ċentru ta’ riabilitazzjoni installa fil-bini tiegħu jaffettwa d-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet protetti ta’ numru kbir ta’ partijiet ikkonċernati, b’mod partikolari ta’ kompożituri, awturi ta’ testi mużikali u edituri ta’ mużika, kif ukoll artisti li jinterpretaw jew idoqqu mużika, produtturi ta’ fonogrammi u awturi ta’ testi kif ukoll l-edituri tagħhom, jeħtieġ li jiġi evalwat jekk sitwazzjoni bħal din tikkostitwixxix “komunikazzjoni lill-pubbliku”, kemm fir-rigward tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, kif ukoll tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali, u skont l-istess kriterji ta’ interpretazzjoni. Barra minn hekk, dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati fis-sens li tali xandir jikkostitwixxi att ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku”.
(1) ĠU C 198, 15.6.2015
Full & Egal Universal Law Academy