12.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 335/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Max-Heinz Feilen vs Finanzamt Fulda
(Kawża C-123/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Moviment liberu tal-kapital - Taxxa fuq is-suċċessjoni - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi tnaqqis tat-taxxa tas-suċċessjoni applikabbli għas-suċċessjoni li tinkludi patrimonju li kien diġà s-suġġett ta’ trasferiment causa mortis li ta lok għall-ġbir ta’ tali taxxa f’dan l-Istat Membru - Restrizzjoni - Ġustifikazzjoni - Koerenza tas-sistema fiskali))
(2016/C 335/19)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Max-Heinz Feilen
Konvenut: Finanzamt Fulda
Dispożittiv
L-Artikolu 63(1) u l-Artikolu 65 TFUE ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi, fil-każ ta’ suċċessjoni favur persuni li jappartjenu għal klassi partikolari ta’ tassazzjoni, tnaqqis tat-taxxa tas-suċċessjoni meta s-suċċessjoni tinkludi patrimonju li, matul l-għaxar snin qabel din is-suċċessjoni, kien diġà s-suġġett ta’ trasferiment causa mortis, bil-kundizzjoni li dan tal-aħħar ikun ta lok għall-ġbir ta’ taxxa tas-suċċessjoni f’dan l-Istat Membru.
(1) ĠU C 213, 29.6.2015.
Full & Egal Universal Law Academy