25.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 145/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Frar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg – Il-Ġermanja) – Salutas Pharma GmbH vs Hauptzollamt Hannover
(Kawża C-124/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa doganali komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Intestatura 3004 - Pilloli effervexxenti li għandhom 500 mg ta’ kalċju - Livell ta’ sustanza f’doża ta’ kuljum irrakkomandata ogħla sewwa mill-konċessjoni ta’ kuljum biex tinżamm is-saħħa jew il-benesseri ġenerali))
(2016/C 145/13)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Salutas Pharma GmbH
Konvenut: Hauptzollamt Hannover
Dispożittiv
In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011, tas-27 ta’ Settembru 2011, għandha tiġi interpretata fis-sens li prodott, bħall-pilloli effervexxenti li għandhom kontenut ta’ kalċju ta’ 500 mg kull pillola, użati għall-prevenzjoni u għat-trattament ta’ nuqqas ta’ kalċju jew relatati ma’ trattamenti speċifiċi għall-prevenzjoni u għat-trattament tal-osteoporożi u li d-doża massima ta’ kuljum li hija rrakkomandata għall-adulti indikata fuq it-tikketta hija ta’ 1 500 mg, jaqa’ taħt l-intestatura 3004 ta’ din in-nomenklatura.
(1) ĠU C 178, 1.6.2015.
Full & Egal Universal Law Academy