6.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Verein für Konsumenteninformation vs INKO, Inkasso GmbH
(Kawża C-127/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Id-Direttiva 2008/48/KE. - Protezzjoni tal-konsumaturi - Kreditu lill-konsumaturi - Artikolu 2(2)(j) - Ftehimiet ta’ ħlas bin-nifs - Ħlas differit mingħajr spejjeż - Artikolu 3(f) - Intermedjarju tal-kreditu - aġenziji tal-ġbir li jaġixxu għan-nom ta’ dawk li jsellfu))
(2017/C 038/02)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Verein für Konsumenteninformation
Konvenuti: INKO, Inkasso GmbH
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 2(2)(j) tad-tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ftehim ta’ ħlas bin-nifs ta’ kreditu, li jiġi konkluż, wara l-inadempjenza tal-konsumatur, bejnu u bejn il-kreditur permezz tal-intermedju ta’ aġenzija ta’ rkupru ma huwiex permess “mingħajr ħlas”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta permezz ta’ dan il-ftehim, il-konsumatur jimpenja ruħu li jħallas lura l-ammont totali ta’ dan il-kreditu u li jħallas l-interessi jew l-ispejjeż li ma jkunux ġew previsti mill-kuntratt inizjali skont liema l-imsemmi kreditu ġie miftiehem.
2)
L-Artikolu 3(f) u l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/48 għandhom jiġu interpretati fis-sens li aġenzija ta’ rkupru li tikkonkludi, għan-nom ta’ kreditur, ftehim ta’ ħlas bin-nifs ta’ kreditu mhux imħallas iżda li taġixxi bħala intermedjarju tal-kreditu biss f’kapaċità anċillari, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, għandha tiġi kkunsidrata bħala “intermedjarju tal-kreditu”, fis-sens ta’ dan l-Artikolu 3(f) u ma tkunx suġġetta għall-obbligu ta’ informazzjoni prekuntrattwali tal-konsumatur, skont l-Artikoli 5 u 6 ta’ din id-direttiva.
(1) ĠU C 205, 22.06.2015.
Full & Egal Universal Law Academy