18.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 260/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Mejju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) - ir-Renju Unit) – Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs vs National Exhibition Centre Limited
(Kawża C-130/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Sitt Direttiva 77/388/KEE - Eżenzjoni - Artikolu 13B(d)(3) - Tranżazzjonijiet dwar il-pagamenti u t-trasferimenti - Kunċett - Xiri ta’ biljetti għal spettakli jew avvenimenti oħra - Pagament permezz ta’ karta ta’ debitu jew permezz ta’ karta ta’ kreditu - Servizzi msejħa “ta’ pproċessar tal-pagament permezz ta’ karta”))
(2016/C 260/08)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs
Konvenuta: National Exhibition Centre Limited
Dispożittiv
L-Artikolu 13B(d)(3) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud prevista f’din id-dispożizzjoni għat-tranżazzjonijiet dwar il-pagamenti u t-trasferimenti ma tapplikax għal servizz imsejjaħ “ta’ pproċessar tal-pagament permezz ta’ karta ta’ debitu jew permezz ta’ karta ta’ kreditu”, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, imwettaq minn persuna taxxabbli, li tkun il-fornitur ta’ dan is-servizz, meta persuna tixtri, permezz ta’ dan il-fornitur, biljett għal spettaklu jew avveniment ieħor li huwa jbigħ f’isem u fl-interess ta’ entità oħra u li din il-persuna tħallas għalih permezz ta’ karta ta’ debitu jew permezz ta’ karta ta’ kreditu.
(1) ĠU C 190, 8.6.2015.
Full & Egal Universal Law Academy