12.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 335/16
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sächsisches Oberverwaltungsgericht – il-Ġermanja) – Lidl GmbH & Co. KG vs Freistaat Sachsen
(Kawża C-134/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 543/2008 - Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Standards għall-kummerċjalizzazzjoni - Laħam frisk tat-tjur ippakkjat minn qabel - Obbligu li jiġi indikat il-prezz totali u l-prezz skont l-unità tal-piż fuq l-ippakkjar minn qabel jew fuq tikketta mwaħħla ma’ dan tal-aħħar - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 16 - Libertà li tiġi eżerċitata attività ekonomika - Proporzjonalità - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 40(2) TFUE - Nondiskriminazzjoni))
(2016/C 335/20)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Sächsisches Oberverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Lidl GmbH & Co. KG
Konvenut: Freistaat Sachsen
Dispożittiv
1)
L-eżami tal-ewwel domanda preliminari ma wera ebda fattur li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 5(4)(b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 543/2008, tas-16 ta’ Ġunju 2008, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jirrigwarda l-istandards għat-tqegħid fis-suq tal-laħam tat-tjur, fid-dawl tal-libertà li tiġi eżerċitata attività ekonomika, kif stabbilita mill-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
2)
L-eżami tat-tieni domanda preliminari ma żvela l-ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tal-Artikolu 5(4)(b) tar-Regolament Nru 543/2008 fid-dawl tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 40(2) TFUE.
(1) ĠU C 205, 22.06.2015.
Full & Egal Universal Law Academy