2.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/16
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ Marzu 2016 – Teva Pharma BV, Teva Pharmaceuticals Europe BV vs L- Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-138/15 P) (1)
((Appell - Prodotti mediċinali orfni - Regolament (KE) Nru 141/2000 - Regolament (KE) Nru 847/2000 - Rifjut ta’ awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni tal-verżjoni ġenerika tal-prodott mediċinali orfni “imatinib mesylate”))
(2016/C 156/22)
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Teva Pharma BV, Teva Pharmaceuticals Europe BV (rappreżentanti: K. Bacon, QC, E. Mackenzie, barristers, G. Morgan, solicitor)
Parti oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) (rappreżentanti: N. Rampal Olmedo, M. Tovar Gomis, S. Marino u T. Jabłoński, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Sipos u M. Šimerdová, aġenti)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Teva Pharma BV u Teva Pharmaceuticals Europe BV huma kkundannati jbatu, barra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA).
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 190, 08.06.2015.
Full & Egal Universal Law Academy