25.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 145/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-25 ta’ Frar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – G.E. Security BV vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-143/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KEE) Nru 2658/87 - Tariffa Doganali Komuni - Nomenklatura Magħquda - Klassifikazzjoni tal-merkanzija - Intestaturi 8517, 8521, 8531 u 8543 - Merkanzija msejħa “videomultiplexer”))
(2016/C 145/14)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: G.E. Security BV
Konvenuta: Staatssecretaris van Financiën
Dispożittiv
In-nomenklatura magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni ta’ Dwana, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1214/2007, tal-20 ta’ Settembru 2007, għandha tiġi interpretata fis-sens li merkanzija bħal dik imsejħa “videomultiplexer”, inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandha, bla ħsara għall-evalwazzjoni mill-qorti tar-rinviju tal-punti fattwali kollha li din għandha, tiġi kklassifikata fl-intestatura 8521 ta’ din in-nomenklatura.
(1) ĠU C 198, 15.6.2015.
Full & Egal Universal Law Academy