2.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/17
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-3 ta’ Marzu 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Staatssecretaris van Financiën vs Customs Support Holland BV
(Kawża C-144/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa Doganali Komuni - Nomenklatura Magħquda - Intestaturi 2304, 2308 u 2309 - Klassifikazzjoni ta’ konċentrat tal-proteina tas-soja))
(2016/C 156/23)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën
Konvenuta: Customs Support Holland BV
Dispożittiv
In-nomenklatura magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni ta’ Dwana, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 948/2009, tat-30 ta’ Settembru 2009, għandha tiġi interpretata fis-sens li konċentrat tal-proteina tas-soja, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jaqa’ taħt l-intestatura 2309 ta’ din in-nomenklatura.
(1) ĠU C 198, 15.06.2015.
Full & Egal Universal Law Academy