2.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/17
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Marzu 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – K. Ruijssenaars, A. Jansen (C-145/15), J. H. Dees-Erf (C-146/15) vs Staatssecretaris van Infrastructuur en Milieu
(Kawżi Magħquda C-145/15 u C-146/15) (1)
((Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Artikolu 7 - Kumpens tal-passiġġieri f’każ ta’ tħassir jew dewmien ta’ titjira għal iktar minn tliet sigħat - Artikolu 16 - Organi nazzjonali responsabbli mill-applikazzjoni tar-regolament - Ġurisdizzjoni - Adozzjoni ta’ miżuri koerċittivi fil-konfront ta’ trasportatur bl-ajru sabiex iħallas il-kumpens dovut lil passiġġier))
(2016/C 156/24)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: K. Ruijssenaars, A. Jansen (C-145/15), J. H. Dees-Erf (C-146/15)
Konvenuta: Staatssecretaris van Infrastructuur en Milieu
Fil-preżenza ta’: Royal Air Maroc SA (C-145/15), Koninklijke Luchtvaart Maatschappij NV (C-146/15)
Dispożittiv
L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-organu nnominat minn kull Stat Membru skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, meta jirċievi lment individwali ta’ passiġġier wara r-rifjut ta’ trasportatur bl-ajru li jħallsu l-kumpens previst fl-Artikolu 7(1) tal-imsemmi regolament, ma huwiex obbligat li jadotta miżuri koerċittivi fil-konfront ta’ dan it-trasportatur maħsuba sabiex iġiegħlu lil dan tal-aħħar iħallas dan il-kumpens.
(1) ĠU C 198, 15.06.2015.
Full & Egal Universal Law Academy