26.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 350/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tat-28 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Città Metropolitana di Bari, li kienet Provincia di Bari vs Edilizia Mastrodonato Srl
(Kawża C-147/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-ambjent - Immaniġġar ta’ skart - Direttiva 2006/21/KE - Artikolu 10(2) - Radam ta’ spazji vojta ta’ tħaffir bi skart minbarra l-iskart ta’ estrazzjoni - Rimi f’landfill jew irkupru tal-imsemmi skart))
(2016/C 350/08)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Città Metropolitana di Bari, li kienet Provincia di Bari
Konvenut: Edilizia Mastrodonato Srl
Dispożittiv
L-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma għandux bħala effett li jissuġġetta għar-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsil 1999/31, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma [f’landfill], l-operazzjoni ta’ radam ta’ barriera bi skart minbarra dik ta’ estrazzjoni meta din l-operazzjoni tikkostitwixxi rkupru ta’ dan l-iskart, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika dan.
(1) ĠU C 205, 22.06.2015
Full & Egal Universal Law Academy