9.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Liège – il-Belġju) – Sabrina Wathelet vs Garage Bietheres & Fils SPRL
(Kawża C-149/15) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 1999/44/KE - Bejgħ u garanziji ta’ oġġetti ta’ konsum - Kamp ta’ applikazzjoni - Kunċett ta’ “bejjiegħ” - Intermedjarju - Ċirkustanzi eċċezzjonali)
(2017/C 006/15)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour d’appel de Liège
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sabrina Wathelet
Konvenuta: Garage Bietheres & Fils SPRL
Dispożittiv
Il-kunċett ta’ “bejjiegħ” fis-sens tal-Artikolu 1(2)(ċ) tad-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom, għandha tiġi interpretata fis-sens li tirrigwarda bl-istess mod professjonist li jaġixxi bħala intermedjarju f’isem individwu li ma jkunx debitament informa lill-konsumatur bil-fatt li l-proprjetarju tal-oġġett mibjugħ huwa individwu, dan il-fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha tal-każ. L-interpretazzjoni preċedenti ma tiddependix fuq il-punt ta’ jekk l-intermedjarju huwa rremunerat jew ma huwiex irremunerat għall-intervent tiegħu.
(1) ĠU C 213, 29.06.2015.
Full & Egal Universal Law Academy