16.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 14/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa – Il-Latvja) – “Private Equity Insurance Group” SIA vs “Swedbank” AS
(Kawża C-156/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2002/47/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Kunċetti ta’ “kollateral finanzjarju”, ta’ “obbligazzjonijiet finanzjarji relevanti” u ta’ “provvista” ta’ kollateral finanzjarju - Possibbiltà ta’ eżekuzzjoni ta’ kollateral finanzjarju indipendentement mill-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza - Kuntratt ta’ kont kurrenti li jipprevedi klawżola ta’ rahan finanzjarju))
(2017/C 014/06)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākā tiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti:“Private Equity Insurance Group” SIA
Konvenuta:“Swedbank” AS
Dispożittiv
Id-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Ġunju 2002, dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tagħtix lir-riċevitur ta’ kollateral finanzjarju bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skont dan il-fondi ddepożitati f’kont bankarju jingħataw bħala rahan lill-bank sabiex il-krediti tiegħu kollha kontra d-detentur tal-kont jiġu ggarantiti, id-dritt li jeżegwixxi dan il-kollateral indipendentement mill-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza fir-rigward ta’ min jipprovdi l-kollateral ħlief jekk, minn naħa, il-fondi suġġetti għal dan il-kollateral kienu tħallsu fil-kont inkwistjoni qabel il-ftuħ ta’ din il-proċedura jew jekk dawn il-fondi kienu tħallsu fih fid-data ta’ dan il-ftuħ, il-bank ikun ipproduċa l-prova li ma kienx jaf li din il-proċedura kienet infetħet jew li ma setax raġonevolment ikun jaf dan, u jekk, min-naħa l-oħra, id-detentur ta’ dan il-kont kien prekluż milli jiddisponi minn dawn il-fondi wara l-ħlas tagħhom f’dan l-istess kont.
(1) ĠU C 198, 15.6.2015
Full & Egal Universal Law Academy