16.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 296/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Elektriciteits Produktiemaatschappij Zuid-Nederland EPZ NV vs Bestuur van de Nederlandse Emissieautoriteit
(Kawża C-158/15) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tniġġis atmosferiku - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra - Direttiva 2003/87/KE - Kunċett ta’ “installazzjoni” - Inklużjoni tas-sit tal-ħażna tal-kombustibbli - Regolament (UE) Nru 601/2012 - Kunċett ta’ “kombustibbli esportat mill-installazzjoni”)
(2016/C 296/19)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Elektriciteits Produktiemaatschappij Zuid-Nederland EPZ NV
Konvenut: Bestuur van de Nederlandse Emissieautoriteit
Dispożittiv
1)
Jagħmel parti minn “installazzjoni”, fis-sens tal-Artikolu 3(e) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE, kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 1359/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Diċembru 2013, sit ta’ ħażna tal-kombustibbli ta’ installazzjoni tal-enerġija li taħdem bil-karbonju bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali u kif deskritt mill-qorti tar-rinviju.
2)
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 27(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012, tal-21 ta’ Ġunju 2012, dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2014, tal-4 ta’ Marzu 2014, għandu jiġi interpretat fis-sens li telf ta’ karbonju li jirriżulta mill-proċess ta’ tisħin naturali ta’ dan waqt il-ħażna tiegħu f’sit li jagħmel parti minn installazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(e) tad-Direttiva 2003/87 ma jistax jitqies li huwa karbonju esportat minn din l-installazzjoni.
(1) ĠU C 205, 22.6.2015.
Full & Egal Universal Law Academy