22.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – L-Awstrija) – Franz Lesar vs Beim Vorstand der Telekom Austria AG eingerichtetes Personalamt
(Kawża C-159/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2000/78/KE - Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Artikolu 2(1) u Artikolu 2(2)(a) - Artikolu 6(2) - Diskriminazzjoni bbażata fuq l-età - Determinazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni tal-ex uffiċjali - Perijodi ta’ taħriġ u ta’ xogħol - Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ tali perijodi mwettqa qabel l-età ta’ 18-il sena))
(2016/C 305/12)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Franz Lesar
Konvenuta: Beim Vorstand der Telekom Austria AG eingerichtetes Personalamt
Dispożittiv
L-Artikolu 2(1), l-Artikolu 2(2)(a) u l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teskludi t-teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodi ta’ taħriġ u ta’ xogħol imwettqa minn uffiċjali qabel l-età ta’ 18-il sena għall-finijiet tal-għoti tad-dritt għall-pensjoni u tal-kalkolu tal-ammont tal-pensjoni tal-irtirar tiegħu, sa fejn din il-leġiżlazzjoni hija intiża li tiggarantixxi l-iffissar uniformi, fi ħdan skema ta’ rtirar tal-uffiċjali, ta’ età ta’ sħubija f’din l-iskema kif ukoll ta’ età ta’ eliġibbiltà għall-benefiċċji tal-irtirar li jingħataw fil-kuntest ta’ dik l-iskema.
(1) ĠU C 254, 3.8.2015
Full & Egal Universal Law Academy