2.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/18
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Marzu 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – il-Belġju) – Abdelhafid Bensada Benallal vs L-Istat Belġjan
(Kawża C-161/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2004/38/KE - Deċiżjoni li ttemm permess ta’ residenza - Prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża - Dritt għal smigħ - Awtonomija proċedurali tal-Istati Membri - Ammissibbiltà ta’ aggravji ta’ kassazzjoni - Motiv ta’ ordni pubbliku))
(2016/C 156/25)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Abdelhafid Bensada Benallal
Konvenut: L-Istat Belġjan
Dispożittiv
Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta, skont id-dritt nazzjonali applikabbli, aggravju bbażat fuq ksur tad-dritt nazzjonali invokat għall-ewwel darba quddiem il-qorti nazzjonali li tkun qed tiddeċiedi fil-kassazzjoni jkun ammissibbli biss jekk dan l-aggravju jkun motiv ta’ ordni pubbliku, aggravju bbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ, hekk kif iggarantit mid-dritt tal-Unjoni, invokat għall-ewwel darba quddiem din l-istess qorti, għandu jiġi ddikjarat ammissibbli, jekk dan id-dritt, hekk kif iggarantit mid-dritt nazzjonali, jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa minn dan id-dritt sabiex jiġi kklassifikat bħala motiv ta’ ordni pubbliku, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.
(1) ĠU C 190, 8.6.2015.
Full & Egal Universal Law Academy