15.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 151/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ Marzu 2017 – Evonik Degussa GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-162/15 P) (1)
((Appell - Kompetizzjoni - Artikoli 101 u 102 TFUE - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Artikolu 30 - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata akkordju illegali fis-suq Ewropew tal-perossidu tal-idroġenu u tal-perborat - Pubblikazzjoni ta’ verżjoni mhux kunfidenzjali estiża ta’ din id-deċiżjoni - Ċaħda ta’ talba għal trattament kunfidenzjali ta’ ċertu informazzjoni - Termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta - Deċiżjoni 2011/695/UE - Artikolu 8 - Kunfidenzjalità - Protezzjoni tas-sigriet professjonali - Artikolu 339 TFUE. - Kunċett ta’ “sigrieti kummerċjali u informazzjoni kunfidenzjali oħra” - Informazzjoni ġejja minn talba għal klemenza - Ċaħda tat-talba għal trattament kunfidenzjali - Aspettattivi leġittimi))
(2017/C 151/04)
Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Evonik Degussa GmbH (rappreżentanti: C. Steinle, C. von Köckritz u A. Richter, Avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Meessen, M. Kellerbauer u F. van Schaik, aġenti)
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-28 ta’ Jannar 2015, Evonik Degussa vs Il-Kummissjoni (T-341/12, EU:T:2015:51) hija annullata sa fejn, permezz tal-istess sentenza, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-uffiċjal tas-seduta ġustament qal li ma kienx kompetenti sabiex iwieġeb għall-oġġezzjonijiet, imqajma minn Evonika Degussa GmbnH abbażi tal-prinċipji tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ugwaljanza fit-trattament, għall-pubblikazzjoni maħsuba ta’ verżjoni mhux kunfidenzjali ddettaljata tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 1766 finali, tat-3 ta’ Mejju 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE kontra Akzo Nobel NV, Akzo Nobel Chemicals Holding AB, EKA Chemicals AB, Degussa AG, Edison SpA, FMC Corporation, FMC Foret SA, Kemira Oyj, L’Air Liquide SA, Chemoxal SA, Snia SpA, Caffaro Srl, Solvay SA/NV, Solvay Solexis SpA, Total SA, Elf Aquitaine SA u Arkema SA (Każ COMP/F/38.620 – Perossidu tal-idroġenu u perborat).
2)
Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.
3)
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 3534 finali, tal-24 ta’ Mejju 2012, li ċaħdet talba għal trattament kunfidenzjali mressqa minn Evonika Degussa GmbH, hija annullata sa fejn, permezz tagħha, l-uffiċjal tas-seduta ddikjara li ma kienx kompetenti sabiex iwieġeb għall-oġġezzjonijiet imsemmija fil-punt 1 tad-dispożittiv ta’ din is-sentenza.
4)
Evonika Degussa GmbH u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 198, 15.06.2015
Full & Egal Universal Law Academy