21.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 106/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Frar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Youssef Hassan vs Breiding Vertriebsgesellschaft mbH
(Kawża C-163/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) 207/2009 - Artikolu 23 - Liċenzja - Reġistru tat-trade marks Komunitarji - Dritt tal-persuna liċenzjata li tressaq proċedimenti ta’ vjolazzjoni minkejja n-nuqqas ta’ iskrizzjoni tal-liċenzja fir-reġistru))
(2016/C 106/12)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Youssef Hassan
Konvenuti: Breiding Vertriebsgesellschaft mbH
Dispożittiv
L-ewwel sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-persuna liċenzjata tista’ tressaq proċedimenti ta’ vjolazzjoni ta’ trade mark Komunitarja li tkun is-suġġett tal-liċenzja minkejja li din tal-aħħar ma tkunx imniżżla fir-reġistru tat-trade marks Komunitarji.
(1) ĠU C 254, 3.8.2015.
Full & Egal Universal Law Academy