2.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/19
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-17 ta’ Marzu 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie – ir-Rumanija) – Taser International Inc. vs SC Gate 4 Business SRL, Cristian Mircea Anastasiu
(Kawża C-175/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Kuntratti li jipprevedu l-obbligu għal impriża Rumena li tittrasferixxi trade marks lil impriża li għandha s-sede tagħha fi Stat terz - Rifjut - Klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni favur Stat terz - Dehra tal-konvenut quddiem il-qrati Rumeni mingħajr oġġezzjoni - Regoli ta’ ġurisdizzjoni applikabbli))
(2016/C 156/26)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Taser International Inc.
Konvenuti: SC Gate 4 Business SRL, Cristian Mircea Anastasiu
Dispożittiv
1)
L-Artikoli 23(5) u 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-kuntest ta’ kawża dwar in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ obbligu kuntrattwali, li fih ir-rikorrent adixxa lill-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-konvenut għandu s-sede tiegħu, il-ġurisdizzjoni ta’ dawn il-qrati tista’ tirriżulta mill-Artikolu 24 ta’ dan ir-regolament meta l-konvenut ma jikkontestax il-ġurisdizzjoni tagħhom, minkejja li l-kuntratt bejn dawn iż-żewġ partijiet jinkludi klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni favur qrati ta’ Stat terz.
2)
L-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi, fil-kuntest ta’ kawża bejn partijiet għal kuntratt li jinkludi klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni favur qrati ta’ Stat terz, li l-qorti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-konvenut għandu s-sede tiegħu, li ġiet adita, tiddikjara li ma għandhiex ġurisdizzjoni ex officio, minkejja li dan il-konvenut ma jikkontestax il-ġurisdizzjoni ta’ din tal-aħħar.
(1) ĠU C 236, 20.7.2015.
Full & Egal Universal Law Academy