30.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 30/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Nelsons GmbH vs Ayonnax Nutripharm GmbH, Bachblütentreff Ltd
(Kawża C-177/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Informazzjoni u protezzjoni tal-konsumaturi - Regolament (KE) Nru 1924/2006 - Indikazzjonijiet nutrittivi u ta’ saħħa li jirrigwardaw il-prodotti tal-ikel - Miżuri tranżitorji - Artikolu 28(2) - Prodotti li kellhom trade mark jew marka tad-ditta eżistenti qabel l-1 ta’ Jannar 2005 - Preparazzjonijiet abbażi tal-“fjuri ta’ Bach” - Trade mark tal-Unjoni Ewropea RESCUE - Prodotti kkummerċjalizzati bħala mediċini qabel l-1 ta’ Jannar 2005 u bħala prodotti tal-ikel wara din id-data))
(2017/C 030/06)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Nelsons GmbH
Konvenuta: Ayonnax Nutripharm GmbH, Bachblütentreff Ltd
Dispożittiv
L-ewwel sentenza tal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 107/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, għandha tiġi interpretata fis-sens li din id-dispożizzjoni tapplika fis-sitwazzjoni fejn prodott tal-ikel li kellu trade mark jew marka tad-ditta kien, qabel l-1 ta’ Jannar 2005, ikkummerċjalizzat bħala prodott mediċinali u wara, filwaqt li kellu l-istess karatteristiċi materjali u li kellu l-istess trade mark jew marka tad-ditta, bħala prodott tal-ikel wara din id-data.
(1) ĠU C 213, 29.06.2015.
Full & Egal Universal Law Academy