12.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 335/17
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy dla Wrocławia-Śródmieścia – il-Polonja) – Alicja Sobczyszyn vs Szkoła Podstawowa u Rzeplinie
(Kawża C-178/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Direttiva 2003/88/KE - Dritt għal-leave annwali mħallas - Għalliema - Leave ta’ konvalexxenza - Leave annwali li jikkoinċidi ma’ leave ta’ konvalexxenza - Dritt li l-leave annwali jittieħed fi żmien ieħor))
(2016/C 335/22)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Rejonowy dla Wrocławia-Śródmieścia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Alicja Sobczyszyn
Konvenuti: Szkoła Podstawowa u Rzeplinie
Dispożittiv
L-Artikolu 7(1), tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni jew prassi nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti li ħaddiem li jinsab fuq leave ta’ konvalexxenza, mogħti skont id-dritt nazzjonali, matul il-perijodu ta’ leave annwali stabbilit fil-kalendarju tal-leave tal-istabbiliment fejn huwa impjegat, jista’ jiġi mċaħħad id-dritt li, wara t-tmiem tal-leave tiegħu ta’ konvalexxenza, jibbenefika mil-leave annwali mħallas tiegħu fi żmien ieħor, sakemm l-għan tad-dritt għal-leave ta’ konvalexxenza huwa differenti mill-għan tad-dritt għal-leave annwali, liema fatt għandu jiġi evalwat mill-qorti nazzjonali.
(1) ĠU C 245, 27.7.2015.
Full & Egal Universal Law Academy