2.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/19
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ Marzu 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – Daimler AG vs Együd Garage Gépjárműjavító és Értékesítő Kft.
(Kawża C-179/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trade marks - Direttiva 2008/95/KE - Artikolu 5(1) - Riklami li jikkonċernaw terz aċċessibbli fuq l-Internet - Użu mhux awtorizzat tat-trade mark - Riklami li tqegħdu online mingħajr l-għarfien u mingħajr il-kunsens ta’ dan it-terz jew miżmuma online minkejja l-oppożizzjoni tiegħu - Azzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark kontra l-imsemmi terz))
(2016/C 156/27)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Törvényszék
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Daimler AG
Konvenuta: Együd Garage Gépjárműjavító és Értékesítő Kft.
Dispożittiv
L-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretat fis-sens li terz, li huwa msemmi f’riklam ippubblikat fuq sit internet, li jinkludi sinjal identiku jew simili għal trade mark b’mod li jagħti l-impressjoni li teżisti relazzjoni kummerċjali bejn dan u l-proprjetarju tat-trade mark, ma jagħmilx użu minn dan is-sinjal li jista’ jiġi pprojbit minn dan il-proprjetarju bis-saħħa ta’ din id-dispożizzjoni, meta dan ir-reklam ma tqegħidx minn dan it-terz jew f’ismu jew, fil-każ fejn dan ir-reklam tqiegħed minn dan it-terz jew f’ismu bil-kunsens tal-proprjetarju, meta dan it-terz espressament talab mill-operatur ta’ dan is-sit Internet mingħand min ordna r-reklam biex ineħħi dan jew ir-riferiment għat-trade mark li jidher hemm.
(1) ĠU C 228, 13.07.2015.
Full & Egal Universal Law Academy