8.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 48/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – TSI GmbH vs Hauptzollamt Aachen
(Kawża C-183/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa Doganali Komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Subintestatura 9027 10 10 - Granulometri ajrudinamiċi ultravjola - Counters ta’ partiċelli li jistgħu jinġarru))
(2016/C 048/09)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: TSI GmbH
Konvenut: Hauptzollamt Aachen
Dispożittiv
In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni […], kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008, tad-19 ta’ Settembru 2008, għandha tiġi interpretata fis-sens li granulometri ajrudinamiċi ultravjola u counters ta’ partiċelli li jistgħu jinġarru, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jaqgħux taħt is-subintestatura 9027 10 10 tagħha.
(1) ĠU C 254, 3.8.2015.
Full & Egal Universal Law Academy