12.12.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 462/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vrhovno sodišče Republike Slovenije – is-Slovenja) – Marjan Kostanjevec vs F&S Leasing GmbH
(Kawża C-185/15) (1)
([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 6(3) - Kunċett ta’ “kontrotalba” - Talba bbażata fuq arrikkiment indebitu - Pagament ta’ ammont dovut bis-saħħa ta’ deċiżjoni annullata - Applikazzjoni ratione temporis])
(2016/C 462/05)
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Qorti tar-rinviju
Vrhovno sodišče Republike Slovenije
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Marjan Kostanjevec
Konvenuta: F&S Leasing GmbH
Dispożittiv
L-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-forum magħżul permezz ta’ din id-dispożizzjoni għall-kontrotalba għandu ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedi dwar din it-talba, intiża għar-rimbors, taħt arrikkiment indebitu, ta’ somma li tikkorrispondi għall-ammont miftiehem fil-kuntest ta’ ftehim extraġudizzjarju, peress li din it-talba ġiet imressqa fil-kuntest ta’ azzjoni ġudizzjarja ġdida bejn l-istess partijiet, insegwitu għall-annullament tad-deċiżjoni li kienet ingħatat fil-kuntest tal-azzjoni inizjali bejniethom u li l-eżekuzzjoni tagħha rriżultat f’dan il-ftehim extraġudizzjarju.
(1) ĠU C 254, 3.8.2015.
Full & Egal Universal Law Academy