22.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Münster – il-Ġermanja) – Kreissparkasse Wiedenbrück vs Finanzamt Wiedenbrück
(Kawża C-186/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Artikolu 173(1) - Oġġetti u servizzi użati kemm għat-tranżazzjonijiet taxxabbli u anki għat-tranżazzjonijiet eżentati (oġġetti u servizzi għal użu mħallat) - Determinazzjoni tal-ammont tat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud - Proporzjon ta’ tnaqqis - Artikolu 174 - Proporzjon ta’ tnaqqis ikkalkolat b’applikazzjoni ta’ ċavetta ta’ tqassim skont id-dħul mill-bejgħ - Artikolu 173(2) - Sistema derogatorja - Artikolu 175 - Regola ta’ arrotondament tal-proporzjon ta’ tnaqqis - Artikoli 184 u 185 - Aġġustament tat-tnaqqis))
(2016/C 305/13)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Münster
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Kreissparkasse Wiedenbrück
Konvenut: Finanzamt Wiedenbrück
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 175(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri ma humiex obbligati japplikaw ir-regola ta’ arrotondament prevista minn din id-dispożizzjoni meta l-proporzjon ta’ tnaqqis ikun ikkalkolat skont wieħed mill-metodi derogatorji msemmija fl-Artikolu 173(2) ta’ din id-direttiva.
2)
L-Artikoli 184 et seq tad-Direttiva 2006/112 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-Istati Membri ma humiex obbligati japplikaw ir-regola ta’ arrotondament stabbilita fl-Artikolu 175(1) ta’ din id-direttiva, fil-każ ta’ aġġustament, meta, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, il-proporzjon ta’ tnaqqis ikun ġie kkalkolat skont wieħed mill-metodi previsti fl-Artikolu 173(2) tal-imsemmija direttiva jew fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, ħlief fl-ipoteżi fejn din ir-regola tkun ġiet applikata sabiex jiġi ddeterminat l-ammont inizjali tat-tnaqqis.
(1) ĠU C 254, 3.8.2015.
Full & Egal Universal Law Academy