12.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 335/18
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Joachim Pöpperl vs Land Nordrhein-Westfalen
(Kawża C-187/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 45 TFUE - Moviment liberu tal-ħaddiema - Uffiċjal ta’ Stat Membru li telaq mis-servizz pubbliku sabiex jeżerċita impjieg fi Stat Membru ieħor - Leġiżlazzjoni nazzjonali li f’dan il-każ tipprevedi t-telf tad-drittijiet għall-pensjoni tax-xjuħija miksuba fis-servizz pubbliku u s-sħubija retroattiva fl-iskema ġenerali ta’ assigurazzjoni għax-xjuħija))
(2016/C 335/23)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Joachim Pöpperl
Konvenut: Land Nordrhein-Westfalen
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha persuna li għandha l-istatus ta’ uffiċjal fi Stat Membru li titlaq mill-funzjonijiet tagħha b’mod volontarju sabiex teżerċita impjieg fi Stat Membru ieħor titlef id-drittijiet tagħha għal pensjoni tax-xjuħija taħt l-iskema ta’ pensjoni tax-xjuħija tal-uffiċjali u tiġi msieħba b’mod retroattiv fl-iskema ġenerali ta’ assigurazzjoni għax-xjuħija, li tagħti dritt għal pensjoni tax-xjuħija inferjuri għal dik li kieku tirriżulta minn dawk id-drittijiet.
2)
L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li hija l-qorti nazzjonali li għandha tiżgura l-effett sħiħ ta’ dan l-artikolu u li tagħti lill-ħaddiema, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, drittijiet għal pensjoni tax-xjuħija komparabbli ma’ dawk tal-uffiċjali li jżommu d-drittijiet għal pensjoni tax-xjuħija li, minkejja bdil fil-persuna li timpjega pubblika, jikkorrispondu għas-snin ta’ servizz li dawn wettqu, billi tinterpreta d-dritt intern konformement mal-imsemmi artikolu jew, jekk tali interpretazzjoni ma tkunx possibbli, billi ma tapplikax kull dispożizzjoni kuntrarja tad-dritt intern bl-għan li tapplika l-istess skema bħal dik applikabbli għall-imsemmija uffiċjali.
(1) ĠU C 245, 27.7.2015.
Full & Egal Universal Law Academy