15.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 151/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Asma Bougnaoui, Association de défense des droits de l’homme (ADDH) vs Micropole SA, li kienet Micropole Univers SA
(Kawża C-188/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2000/78/KE - Ugwaljanza fit-trattament - Diskriminazzjoni bbażata fuq ir-reliġjon jew it-twemmin - Rekwiżit professjonali ġenwin u determinanti - Kunċett - Xewqa ta’ klijent li s-servizzi ma jiġux ipprovduti minn ħaddiema li tkun liebsa velu Iżlamiku))
(2017/C 151/05)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Asma Bougnaoui, Association de défense des droits de l’homme (ADDH)
Konvenuta: Micropole SA, li kienet Micropole Univers SA
Dispożittiv
L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-volontà ta’ persuna li timpjega li tieħu inkunsiderazzjoni x-xewqat ta’ klijent li s-servizzi tal-imsemmija persuna li timpjega ma jibqgħux jiġu pprovduti minn ħaddiema li tkun liebsa velu Iżlamiku ma tistax titqies bħala rekwiżit professjonali ġenwin u determinanti fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.
(1) ĠU C 221, 6.7.2015.
Full & Egal Universal Law Academy