6.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 70/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’Awla) tat-18 ta’ Jannar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio do Stato – l-Italja) – Istituto di Ricovero e Cura a Carattere Scientifico (IRCCS) – Fondazione Santa Lucia vs Cassa conguaglio per il settore elettrico et
(Kawza C-189/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2003/96/KE - Tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u ta’ elettriku - Tnaqqis fiskali - Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae - Benefiċċji fuq l-ammonti dovuti biex jiġu koperti l-ispejjeż ġenerali tas-sistema elettrika - Artikolu 17 - Impriżi b’konsum enerġetiku għoli - Benefiċċji mogħtija esklużivament lil impriżi mis-settur tal-manifattura - Ammissibbiltà))
(2017/C 070/02)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio do Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Istituto di Ricovero e Cura a Carattere Scientifico (IRCCS) – Fondazione Santa Lucia
Konvenuti: Cassa conguaglio per il settore elettrico, Ministero dello Sviluppo Economico, Ministero dell’Economia e delle Finanze, Autorità per l’energia elettrica e il gas
Fil-preżenza ta’: 2M SpA
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 17(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-benefiċċji mogħtija, mid-dritt nazzjonali, lill-impriżi b’konsum enerġetiku għoli, bħal dawk iddefiniti f’din id-dispożizzjoni, fuq ammonti, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dovuti biex jiġu koperti l-ispejjeż ġenerali tas-sistema elettrika, jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “tnaqqis fit-taxxa”, suġġett għall-verifika, mill-qorti tar-rinviju, tal-punti ta’ fatt u tar-regoli tal-liġi nazzjonali li fuqhom hija bbażata din ir-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja.
2)
L-Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2003/96 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi tnaqqis fiskali fuq il-konsum tal-elettriku, favur impriżi b’konsum enerġetiku għoli, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, esklużivament għas-settur tal-manifattura.
(1) ĠU C 228, 13.7.2015
Full & Egal Universal Law Academy