9.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – Il-Ġermanja) – SCI Senior Home, taħt amministrazzjoni ġudizzjarja vs Gemeinde Wedemark, Hannoversche Volksbank eG
(Kawża C-195/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Proċeduri ta’ insolvenza - Regolament (KE) Nru 1346/2000 - Artikolu 5 - Kunċett ta’ “drittijiet in rem ta’ terzi persuni” - Piż tad-dritt pubbliku fuq proprjetà immobbli u li jiggarantixxi l-ġbir tat-taxxa fuq l-art))
(2017/C 006/16)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SCI Senior Home, taħt amministrazzjoni ġudizzjarja
Konvenuti: Gemeinde Wedemark, Hannoversche Volksbank eG
Dispożittiv
L-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment [proċeduri ta’ insolvenza], għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxi “dritt in rem” fis-sens ta’ dan l-artikolu, titolu kkostitwit skont dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha l-proprjetà immobbli tad-debitur ta’ taxxi fuq l-art hija intaxxata skont il-liġi permezz ta’ piż tad-dritt pubbliku fuq l-art u dan il-proprjetarju għandu jittollera l-eżekuzzjoni forzata, fuq din il-proprjetà immobbli, ta’ titolu li jikkonstata d-debitu fiskali.
(1) ĠU C 254, 3.8.2015
Full & Egal Universal Law Academy