22.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-200/15) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 110 TFUE - Taxxi interni - Taxxi diskriminatorji - Vetturi bil-mutur użati importati minn Stati Membri oħra - Determinazzjoni tal-valur taxxabbli - Rata ta’ deprezzament))
(2016/C 305/14)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Wasmeier u P. Guerra e Andrade, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, A. Cunha, A. Brigas Afonso u N. Vitorino, aġenti)
Dispożittiv
1)
Billi applikat, bil-għan li tiddetermina l-valur taxxabbli tal-vetturi użati minn Stat Membru ieħor, introdotti fit-territorju Portugiż, sistema relatata mal-kalkolu ta’ deprezzament tal-vetturi li ma tiħux inkunsiderazzjoni l-valur reali tal-vettura u, b’mod partikolari, li ma tiħux inkunsiderazzjoni d-deprezzament li jeċċedi 52 % fil-każ ta’ vetturi li għandhom iktar minn ħames snin, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 110 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
2)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 205, 22.06.2015.
Full & Egal Universal Law Academy