29.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 314/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2016 – Nissan Jidosha KK vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-207/15 P) (1)
((Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva li tinkludi l-element “CVTC” - Talbiet għat-tiġdid imressqa għal parti mill-prodotti jew mis-servizzi li għalihom it-trade mark hija rreġistrata - Terminu addizzjonali - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 47 - Prinċipju ta’ ċertezza legali))
(2016/C 314/06)
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Nissan Jidosha KK (rappreżentanti: B. Brandreth, barrister u D. Cañadas Arcas, abogada)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Hanf u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-4 ta’ Marzu 2015, Nissan Jidosha vs UASI (CVTC) (T-572/12, mhux ippubblikata fil-Ġabra), hija annullata.
2)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-6 ta’ Settembru 2012 (Każ R 2469/2011-1), dwar talba għat-tiġdid tar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva CVTC hija annullata.
3)
L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat, minbarra għall-ispejjeż rispettivi tiegħu, għal dawk sostnuti minn Nissan Jidosha KK, kemm fir-rigward tal-proċedura fl-ewwel istanza fil-Kawża T-572/12 kif ukoll f’dik tal-appell.
(1) ĠU C 262, 10.8.2015
Full & Egal Universal Law Academy