6.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria – l-Ungerija) – Stock ’94 Szolgáltató Zrt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága
(Kawża C-208/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Kooperazzjoni integrata - Għoti ta’ finanzjament u kunsinni ta’ attiv kurrenti neċessarju għall-produzzjoni agrikola - Provvista waħda u kumplessa - Provvisti distinti u indipendenti - Provvista anċillari u provvista prinċipali))
(2017/C 038/03)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Kúria
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Stock ’94 Szolgáltató Zrt.
Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága
Dispożittiv
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, ta[t-]28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandha tiġi interpretata fis-sens li:
—
kooperazzjoni agrikola integrata li tipprevedi li operatur ekonomiku jikkunsinna oġġetti lil bidwi u jagħtih self intiż għax-xiri ta’ dawn l-oġġetti, tikkostitwixxi tranżazzjoni waħda għall-finijiet ta’ din id-direttiva, li fiha l-kunsinna tal-oġġetti hija l-provvista prinċipali. L-ammont taxxabbli ta’ din it-tranżazzjoni waħda huwa kkostitwit kemm mill-prezz ta’ dawn l-oġġetti kif ukoll mill-interessi mħallsa fuq is-self mogħti lill-bdiewa;
—
il-fatt li integratur jista’ jipprovdi lill-bdiewa servizzi supplimentari jew jista’ jixrti l-produzzjoni agrikola tagħhom huwa irrilevanti fir-rigward tal-klassifikazzjoni tat-tranżazzjoni inkwistjoni bħala tranzażżjoni waħda, għall-finijiet tad-Direttiva VAT.
(1) ĠU C 236, 20.7.2015.
Full & Egal Universal Law Academy