12.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 335/20
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Lulju 2016 – Il-Repubblika tal-Polonja vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-210/15 P) (1)
((Appell - FAEGG u FAEŻR - Spejjeż esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni - Regolamenti (KE) Nru 1257/1999 u Nru 1698/2005 - Rtirar antiċipat tal-bdiewa - Waqfien definittiv ta’ kwalunkwe attività agrikola kummerċjali))
(2016/C 335/26)
Lingwa tal-proċedura: il-Pollakk
Partijiet
Appellanti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Szmytkowska u D. Triantafyllou, aġenti)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud
2)
Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C ##, ##.
Full & Egal Universal Law Academy