9.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2016 – Orange, li kienet France Télécom vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-211/15 P) (1)
((Appell - Kompetizzjoni - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mir-Repubblika Franċiża lil France Télécom - Riforma tal-metodu ta’ finanzjament tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-uffiċjali tal-Istat li jaħdmu ma’ France Télécom - Tnaqqis tal-kumpens dovut lill-Istat minn France Télécom - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern taħt ċerti kundizzjonijiet - Kunċett ta’ “għajnuna” - Kunċett ta’ “vantaġġ ekonomiku” - Natura selettiva - Effett fuq il-kompetizzjoni - Żnaturament tal-fatti - Nuqqas ta’ motivazzjoni - Sostituzzjoni tal-motivi))
(2017/C 006/17)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Orange, li kienet France Télécom (rappreżentanti: S. Hautbourg u S. Cochard-Quesson, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentani: B. Stromsky u L. Flynn, aġenti)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Orange hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 245, 27.7.2015.
Full & Egal Universal Law Academy