9.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Mureș – Ir-Rumanija) – ENEFI Energiahatékonysági Nyrt vs Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Brașov (DGRFP)
(Kawża C-212/15) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Proċeduri ta’ insolvenza - Regolament (KE) Nru 1346/2000 - Artikolu 4 - Effetti previsti mil-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru fuq il-krediti li ma kinux is-suġġett tal-proċedura ta’ insolvenza - Dekadenza - Natura fiskali tal-kreditu - Assenza ta’ effett - Artikolu 15 - Kunċett ta’ “kawżi pendenti” - Proċeduri ta’ eżekuzzjoni forzata - Esklużjoni)
(2017/C 006/18)
Lingwa tal-kawża: Ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Mureș
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: ENEFI Energiahatékonysági Nyrt
Konvenut: Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Brașov (DGRFP)
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment, għandu jiġi interpretat fis-sens li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu d-dispożizzjoniet tad-dritt intern tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun miftuħa proċedura ta’ insolvenza, li jipprovdu, fir-rigward ta’ kreditur li ma jkunx ipparteċipa fil-proċedura ta’ insolvenza, id-dekadenza tad-dritt li jinforza l-kreditu tiegħu jew is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni forzata ta’ dan il-kreditu fi Stat Membru ieħor.
2)
In-natura fiskali tal-kreditu li jkun is-suġġett ta’ eżekuzzjoni forzata fi Stat Membru għajr dak li fit-territorju tiegħu tkun miftuħa proċedura ta’ insolvenza, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma hijiex rilevanti għar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda.
(1) ĠU C 262, 10.08.2015.
Full & Egal Universal Law Academy