16.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 14/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht – il-Ġermanja) – Betriebsrat der Ruhrlandklinik gGmbH vs Ruhrlandklinik gGmbH
(Kawża C-216/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2008/104/KE - Xogħol temporanju - Kamp ta’ applikazzjoni - Kunċett ta’ “ħaddiem” - Kunċett ta’ “attività ekonomika” - Persunal tal-kura li ma kkonkludiex kuntratt ta’ xogħol imqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ stabbiliment tas-saħħa minn assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ lukru))
(2017/C 014/09)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesarbeitsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Betriebsrat der Ruhrlandklinik gGmbH
Konvenuta: Ruhrlandklinik gGmbH
Dispożittiv
L-Artikolu 1(1) u (2) tad-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Novembru 2008, dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija għandu jiġi interpretat fis-sens li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva t-tqegħid għad-dispożizzjoni minn assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ lukru, bil-korrispettiv ta’ kumpens finanzjarju, ta’ wieħed mill-membri tagħha fi ħdan impriża utenti sabiex jipprovdi fiha, prinċipalment u taħt id-direzzjoni ta’ din tal-aħħar, provvista ta’ xogħol b’remunerazzjoni, peress li dan il-membru huwa protett f’dan ir-rigward fl-Istat Membru kkonċernat, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, u minkejja li l-imsemmi membru ma għandux il-kwalità ta’ ħaddiem fid-dritt nazzjonali għar-raġuni li ma kkonkludiex kuntratt ta’ xogħol mal-imsemmija assoċjazzjoni.
(1) ĠU C 270, 17.8.2015.
Full & Egal Universal Law Academy