29.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 168/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ April 2017 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Santa Maria Capua Vetere – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Massimo Orsi (C-217/15), Luciano Baldetti (C-350/15)
(Kawża C-217/15 u C-350/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 2 u 273 - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi sanzjoni amministrattiva u sanzjoni kriminali għall-istess fatti, relatati mal-ommissjoni tal-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 50 - Prinċipju ta’ ne bis in idem - Identità tal-persuna mħarrka jew issanzjonata - Assenza))
(2017/C 168/05)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Santa Maria Capua Vetere
Partijiet fil-proċeduri kriminali fil-kawża prinċipali
Massimo Orsi (C-217/15), Luciano Baldetti (C-350/15)
Dispożittiv
L-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti li jitwettqu prosekuzzjonijiet għal nuqqas ta’ ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud, wara l-impożizzjoni ta’ sanzjoni fiskali definittiva għall-istess fatti, meta din is-sanzjoni ġiet imposta fuq kumpannija li għandha personalità ġuridika filwaqt li l-imsemmija prosekuzzjonijiet huma mibdija kontra persuna fiżika.
(1) ĠU C 245, 27.7.2015.
ĠU C 311, 21.9.2015.
Full & Egal Universal Law Academy