18.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 260/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Mejju 2016 – Rose Vision, SL vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-224/15 P) (1)
((Appell - Proġetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riċerka - Awditi li jikkonstataw irregolaritajiet fl-implementazzjoni ta’ ċerti proġetti - Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jissospendu l-pagament tal-ammonti li għandhom jitħallsu fil-kuntest ta’ ċerti proġetti - Rikors għad-danni - Ċaħda - Motivazzjoni))
(2016/C 260/10)
Lingwa tal-proċedura: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Rose Vision, SL (rappreżentant: J.J. Marín López, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u M. Siekierzyńska, aġenti)
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-5 ta’ Marzu 2015, Rose Vision u Seseña vs Il-Kummissjoni (T-45/13, mhux ippubblikata, EU:T:2015:138), hija annullata sa fejn tikkonċerna lil Rose Vision SL.
2)
Il-kawża tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 228, 13.07.2015.
Full & Egal Universal Law Academy