31.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 402/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Reggio Calabria – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Domenico Politanò
(Kawża C-225/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 49 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Logħob tal-azzard - Restrizzjonijiet - Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali - Proporzjonalità - Kuntratti pubbliċi - Kundizzjonijiet ta’ parteċipazzjoni f’sejħa għall-offerti u evalwazzjoni tal-kapaċità ekonomika u finanzjarja - Esklużjoni ta’ offerent għal nuqqas ta’ preżentazzjoni ta’ ċertifikazzjonijiet tal-kapaċità ekonomika u finanzjarja maħruġa minn żewġ stabbilimenti bankarji - Direttiva 2004/18/KE - Artikolu 47 - Applikabbiltà))
(2016/C 402/11)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Reggio Calabria
Parti fil-proċedura kriminali prinċipali
Domenico Politanò
Dispożittiv
1)
Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi, u b’mod partikolari l-Artikolu 47 tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonli li tirregola l-għoti ta’ konċessjonijiet fil-qasam tal-logħob tal-azzard, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom.
2)
L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat f’dan is-sens ma jipprekludix li dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi fuq l-operaturi li jixtiequ jressqu offerta f’sejħa għall-offerti fir-rigward tal-għoti ta’ konċessjonijiet fil-qasam tal-logħob u tal-imħatri, l-obbligu li jipproduċu prova tal-kapaċità ekonomika u finanzjarj tagħhom permezz ta’ dikjarazzjonijiet maħruġa mingħand tal-inqas żewġ stabbilimenti bankarji, mingħajr ma jiġi permess li din il-kapaċità tiġi stabbilita b’xi mod ieħor, peress li tali dispożizzjoni tista’ tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ proprozjonalità stabbiliti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.
(1) ĠU C 262, 10.08.2015.
Full & Egal Universal Law Academy