22.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Minister Finansów vs Jan Mateusiak
(Kawża C-229/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 18(c), 184 u 187 - Tranżazzjonijiet taxxabbli - Waqfien tal-attività ekonomika taxxabbli - Żamma ta’ beni li jkunu taw lok għat-tnaqqis tal-VAT - Aġġustament tat-tnaqqis - Perijodu tal-aġġustament - Intaxxar skont l-Artikolu 18(c) tad-Direttiva 2006/112 wara l-iskadenza tal-perijodu tal-aġġustament))
(2016/C 305/15)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Minister Finansów
Konvenut: Jan Mateusiak
Dispożittiv
L-Artikolu 18(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2009/162/UE, tat-22 ta’ Diċembru 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ waqfien tal-attività ekonomika taxxabbli ta’ persuna taxxabbli, iż-żamma ta’ beni minnha, meta dawn il-beni jkunu taw lok għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud fil-mument tal-akkwist tagħhom, tista’ tiġi assimilata ma’ kunsinna ta’ beni mwettqa bi ħlas u suġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud, jekk il-perijodu ta’ aġġustament imsemmi fl-Artikolu 187 tad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2009/162, ikun skada.
(1) ĠU C ##, ##.
Full & Egal Universal Law Academy