12.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 335/21
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Den Haag – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – Brite Strike Technologies Inc. vs Brite Strike Technologies SA
(Kawża C-230/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 22(4) - Ġurisdizzjoni għat-tilwim fil-qasam ta’ proprjetà intellettwali - Artikolu 71 - Konvenzjonijiet konklużi mill-Istati Membri f’oqsma partikolari - Konvenzjoni Benelux fil-qasam ta’ proprjetà intellettwali - Ġurisdizzjoni għat-tilwim dwar it-trade marks u disinni Benelux - Artikolu 350 TFUE))
(2016/C 335/28)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Den Haag
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Brite Strike Technologies Inc.
Konvenuta: Brite Strike Technologies SA
Dispożittiv
L-Artikolu 71 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, moqri fid-dawl tal-Artikolu 350 TFUE, ma jipprekludix li r-regola ta’ ġurisdizzjoni għat-tilwim dwar it-trade marks u disinni Benelux, stabbilita fl-Artikolu 4.6 tal-Konvenzjoni Benelux dwar il-proprjetà intellettwali (trade marks u disinni), tal-25 ta’ Frar 2005, iffirmata f’Den Haag mir-Renju tal-Belġju, mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu u mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, tiġi applikata għal dan it-tilwim.
(1) ĠU C 254, 3.8.2015.
Full & Egal Universal Law Academy