13.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif – il-Lussemburgu) – Maria do Céu Bragança Linares Verruga, Jacinto Manuel Sousa Verruga, André Angelo Linares Verruga vs Ministre de l’Enseignement supérieur et de la recherche
(Kawża C-238/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-persuni - Ugwaljanza fit-trattament - Vantaġġi soċjali - Regolament (UE) Nru 492/2011 - Artikolu 7(2) - Għajnuna finanzjarja għall-edukazzjoni ogħla - Kundizzjoni għall-istudenti li ma humiex residenti fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat li dawn ikunu wlied ħaddiema li kienu ġew impjegati jew li kienu eżerċitaw l-attività professjonali tagħhom f’dan l-Istat Membru matul perijodu kontinwu ta’ mill-inqas ħames snin - Diskriminazzjoni indiretta - Ġustifikazzjoni - Għan intiż sabiex iżid il-proporzjon ta’ persuni residenti li għandhom diploma ta’ edukazzjoni ogħla - Natura xierqa - Proporzjonalità))
(2017/C 046/04)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal administratif
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Maria do Céu Bragança Linares Verruga, Jacinto Manuel Sousa Verruga, André Angelo Linares Verruga
Konvenut: Ministre de l’Enseignement supérieur et de la recherche
Dispożittiv
L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2011, dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja għall-edukazzjoni ogħla lill-istudenti mhux residenti għall-kundizzjoni li tal-inqas wieħed mill-ġenituri ta’ dawn tal-aħħar ikun ħadem f’dan l-Istat Membru matul perijodu minimu u kontinwu ta’ ħames snin fil-mument li ssir it-talba għall-għajnuna finanzjarja, iżda ma tipprevedix tali kundizzjoni fir-rigward ta’ studenti residenti fuq it-territorju tal-imsemmi Stat Membru, bl-għan li tinkoraġġixxi ż-żieda tal-proporzjon tar-residenti li għandhom diploma ta’ edukazzjoni ogħla.
(1) ĠU C 254, 3.8.2015.
Full & Egal Universal Law Academy