26.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 350/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni vs Istituto Nazionale di Statistica – ISTAT, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell'Economia e delle Finanze
(Kawża C-240/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttiva 2002/21/KE - Artikolu 3 - Imparzjalità u indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali - Direttiva 2002/20/KE - Artikolu 12 - Ħlasijiet amministrattivi - Issuġġettar ta’ awtorità regolatorja nazzjonali għad-dispożizzjonijiet applikabbli fil-qasam tal-finanzi pubbliċi kif ukoll għal ċerti dispożizzjonijiet ta’ limitazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni tal-ispejjeż tal-amministrazzjonijiet pubbliċi))
(2016/C 350/11)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni
Konvenuti: Istituto Nazionale di Statistica – ISTAT, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Economia e delle Finanze
Dispożittiv
L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva “Qafas”), kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Novembru 2009, u l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ “Awtorizzazzjoni”), għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta awtorità regolatorja nazzjonali, fis-sens tad-Direttiva 2002/21, kif emendata bid-Direttiva 2009/140, għal dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli fil-qasam tal-finanzi pubbliċi u, b’mod partikolari, għad-dispożizzjonijiet ta’ limitazzjoni u ta’ razzjonalizzazzjoni tal-ispejjeż tal-amministrazzjonijiet pubbliċi, bħal dawk inkwisjoni fil-kawża prinċipali.
(1) ĠU C 302, 14.9.2015
Full & Egal Universal Law Academy