18.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 260/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-26 ta’ Mejju 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-244/15) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - Moviment liberu tal-kapital - Artikolu 63 TFUE - Artikolu 40 tal-Ftehim taż-ŻEE - Taxxa tas-suċċessjonijiet - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi għal eżenzjoni mit-taxxa tas-suċċessjoni relattivi għar-residenza prinċipali bil-kundizzjoni li l-werriet ikun jirresjedi b’mod permanenti f’dan l-Istat Membru - Restrizzjoni - Ġustifikazzjoni))
(2016/C 260/11)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u W. Roels, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: M. Tassopoulou u V. Karrá, aġenti)
Dispożittiv
1)
Billi adottat u żammet fis-seħħ leġiżlazzjoni li tipprovdi għal eżenzjoni mit-taxxa tas-suċċessjoni relattiva għar-residenza prinċipali, li tapplika biss għaċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni li jirresjedu fil-Greċja, ir-Repubblika Ellenika naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 63 TFUE u l-Artikolu 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992.
2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C ##, ##.
Full & Egal Universal Law Academy