16.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 14/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Bruxelles – Il-Belġju) – Fernand Ullens de Schooten vs État belge
(Kawża C-268/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertajiet fundamentali - Artikoli 49, 56 u 63 TFUE - Sitwazzjoni li fiha l-elementi kollha huma limitati ġewwa Stat Membru - Responsabbiltà mhux kuntrattwali ta’ Stat Membru għal danni kkawżati lill-individwi minn ksur tad-dritt tal-Unjoni imputabbli lil-leġiżlatur nazzjonali u lill-qrati nazzjonali))
(2017/C 014/11)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour d’appel de Bruxelles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Fernand Ullens de Schooten
Konvenut: État belge
Dispożittiv
Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li s-sistema tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali ta’ Stat Membru għad-dannu kkawżat mill-ksur ta’ dan id-dritt ma hijiex intiża sabiex tapplika fil-preżenza ta’ dannu allegatament ikkawżat lil individwu minħabba ksur allegat ta’ libertà fundamentali, prevista fl-Artikoli 49, 56 jew 63 TFUE, minn leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli bla ebda distinzjoni għaċ-ċittadini nazzjonali u għaċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħrajn, meta, f’sitwazzjoni li l-elementi kollha tagħha huma limitati ġewwa Stat Membru, ma teżisti ebda rabta bejn is-suġġett jew iċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali u dawn l-artikoli.
(1) ĠU C 279, 24.8.2015.
Full & Egal Universal Law Academy