9.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/17
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Cassatie – Il-Belġju) – Rijksdienst voor Pensioenen vs Willem Hoogstad
(Kawża C-269/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Artikolu 4 - Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae - Tnaqqis minn pensjonijiet tax-xjuħija legali kif ukoll minn kull benefiċċju ieħor supplimentari - Artikolu 13 - Determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli - Residenza fi Stat Membru ieħor))
(2017/C 006/21)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van Cassatie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Rijksdienst voor Pensioenen
Konvenut: Willem Hoogstad
Fil-preżenza ta’: Rijksinstituut voor ziekte- en invaliditeitsverzekering
Dispożittiv
L-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għal membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità, kif emendat u aġġornat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1606/98, tad-29 ta’ Ġunju 1998, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi imposti ta’ kontribuzzjonijiet li għandhom rabta diretta u suffiċjentement rilevanti mal-liġijiet li jirregolaw is-setturi ta’ sigurtà soċjali elenkati fl-Artikolu 4 tal-imsemmi Regolament Nru 1408/71, kif emendat, fuq benefiċċji ta’ skemi ta’ pensjonijiet supplimentari minkejja li l-benefiċjarju ta’ dawn il-pensjonijiet ma jkunx jirrisjedi f’dan l-Istat Membru u, skont l-Artikolu 13(2)(f) ta’ dan l-istess regolament, ikun suġġett għal-leġiżlazzjoni fil-qasam tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru li fih jirrisjedi.
(1) ĠU C 294, 7.9.2015.
Full & Egal Universal Law Academy