12.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 335/22
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-14 ta’ Lulju 2016 – Sea Handling SpA, fi stralċ vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-271/15 P) (1)
((Appell - Dritt ta’ aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - It-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) - Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti - Interpretazzjoni żbaljata - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dokumenti relatati ma’ proċedimenti ta’ stħarriġ ta’ għajnuna mill-Istat - Protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni ta’ investigazzjoni u ta’ awditu - Preżunzjoni ġenerali ta’ applikazzjoni tal-eċċezzjoni għad-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti kollha tal-fajl amministrattiv - Portata tal-preżunzjoni ta’ kunfidenzjalità - Talba ta’ aċċess għall-ilment li wassal għall-proċedimenti ta’ investigazzjoni - Rifjut ta’ aċċess - Interess pubbliku superjuri))
(2016/C 335/30)
Lingwa tal-proċedura: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Sea Handling SpA, fi stralċ (rappreżentanti: B. Nascimbene u M. Merola, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Clotuche-Duvieusart, D. Grespan u D. Nardi, aġenti)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Sea Handling SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 311, 21.09.2015
Full & Egal Universal Law Academy